Kotba Calleja
Handmade Books & Paper Products

Interviews

 
Posts in Interview
Intervista ma’ Alex Vella Gera dwar ir-rumanz Ereżija

Dal-ktieb differenti mill-kitba ta' AVG li nafu ssoltu. Ambizzjuż iktar forsi. Kumpless u fl-istess ħin għandu mil-leġġendi, mid-diskors epiku...donnu jissellef xbihat u stejjer minn ħafna truf, ħafna dinjiet li nofs ngħarfu. Minn fejn inqala'? X'inhu dar-rumanz għalik issa li wasal biex joħroġ? Inħoss li Ereżija huwa r-rakkont li ilu jikber fija minn tfuliti. Mogħdija fil-kampanja Maltija ġġagħlni noħlom bi vjaġġi u mixjiet li jdumu ġimgħat, anke xhur jew snin. Id-dinja ta' Ereżija tibda fejn tieqaf il-mogħdija Maltija (jew Għawdxija fil-każ ta' Ereżija).

Read More
InterviewGlen Calleja
Intervista ma’ Luke Joseph Buhagiar dwar ir-rumanz Cryptococcus

Cryptococcus titlu stramb. Mhux bil-Malti. Minn fejn bdiet l-idea għal dat-titlu u dar-rumanz? Kemm ilu jinkiteb? X'riċerka kellek bżonn? L-idea għar-rumanz ġiet bil-mod. Għall-bidu kellhom ikunu novelli fuq in-natura tad-djalogu uman u l-gideb li ngħidu bla ma rridu. Eventwalment indunajt li l-kitba toqgħod aħjar bħala rumanz. Meta bdejt nesperimenta bil-kitba fl-ewwel persuna, indunajt li din taħdem ħafna meta l-karattri jkunu ħosbiena u jiffissaw (biża’ mill-mard, mill-futur, ħsibijiet assurdi, eċċetra).

Read More
InterviewGlen Calleja