Ereżija ta' Alex Vella Gera



Ereżija ta' Alex Vella Gera
Ereżija huwa tifel li ħadd ma jaf x’se jagħmel bih. Donnu ġie fid-dinja biss biex jaqla’ l-inkwiet. Mill-ewwel jum ta’ ħajtu jisfida u jkisser u jħarbat kull norma soċjali u kull regola riġida li tmexxi ’l niesu. L-istess tagħmel il-lingwa f’dar-rumanz, iżżarma u ġġarraf lilha nnifisha biex tqiegħed il-pedamenti għal dinja oħra. Huwa ktieb b’togħma ta’ folklor li qed jikkonfronta l-istejjer ta’ ħajja u mewt li sawruh. Bħal dejjem, Vella Gera juri l-kilba tiegħu għall-isfida tal-innovattiv bi stil ta’ kitba li jġorr it-timbru uniku tiegħu fejn l-idjoma kontemporanja u l-pedantrija tal-arkajku jiltaqgħu fl-istess paġna għal dil-parabbola kontemporanja ftit kaotika u ftit fittizja.
Illustrazzjonijiet ta’ Mandy Cassar Conti