Sejħa Poeżiji - MAGĦLUQA
Kotba Calleja qed tfittex xogħlijiet ta’ poeżija għal antoloġija ġdida minn kittieba kontemporanji Maltin.
NOTI IMPORTANTI
Il-poeżiji jistgħu jkunu dwar kwalunkwe tema u miktuba fi kwalunkwe stil. U jekk huma poeżiji ta’ natura esperimentali u li jfittxu li jmorru lil hinn mill-konvenzjonijiet komuni u tradizzjonali aktarx idoqqulna iktar minn oħrajn.
Il-poeżiji jridu jkunu miktuba oriġinarjament bil-Malti. Ma naċċettawx traduzzjonijiet jew xogħol li diġà hu ppubblikat.
Irridu naraw il-ħila fit-tħaddim tal-kelma. Irridu nisimgħu vuċi unika, mirquma b’varjetà ta’ tonijiet u riflessjonijiet li jirriflettu l-kumplessità tal-ħajja ta’ kuljum anke meta jitkellmu fuq is-sempliċità jew il-Baħħ u x-Xejn. Irridu lingwaġġ u xbihat li ġejjin mis-seklu tagħna u mill-ġurnata tal-lum.
Kull persuna tista’ tissottometti sa għaxar poeżiji, mhux itwal minn għoxrin vers il-waħda, inklużi l-ispazji bejn l-istrofi, ittajpjati f’dokument wieħed, Word jew pdf.
Għal raġunijiet prattiċi nippreferu jekk jintużaw tipi li jinqraw faċilment bħal Arial, Calibri jew Times New Roman. L-ortografija hija importanti għalina.
Il-kittieba li jintgħażlilhom xogħolhom għandhom jistennew li x-xogħol tagħhom ikun editjat u jkun mistenni minnhom li jikkoperaw bis-sħiħ fil-proċess tal-editjar.
Il-kittieba li jintgħażlilhom xogħolhom għall-pubblikazzjoni jirċievu ħlas nominali għax-xogħol tagħhom abbażi ta’ ftehim, flimkien ma’ żewġ kopji tal-pubblikazzjoni ladarba toħroġ.
Sottomissjonijiet f’ismijiet fittizji jew psewdonimi ma jistgħux jiġu aċċettati.
Skadenza: Is-sejħa kienet miftuħa sas-26 t’Ottubru 2023.
Ħlas: €15 kull sottomissjoni. Massimu ta’ għaxar poeżiji.