Kotba Calleja
Handmade Books & Paper Products
18_glencatalogue-97.jpg

Shop

Kotba+Calleja+Shop

SHOP

Welcome to our Online Store!

Here you will find numerous handmade items from books to paper bowls.


19_glenimages-82.jpg

FRee Delivery*

*To any address in Malta & Gozo for every purchase over €100. Find out more about shipping, delivery & collection points.
Is your purchase order below €100? Want it delivered? Speak to us for more information.


Klabb ĊekĊik 2019

Klabb ĊekĊik 2019

350.00

Klabb ĊekĊik: Klabb tas-Sajf għal tfal bejn 6-10 snin. Il-programm jinkludi sessjonijiet ta' xogħol bil-karta u kotba, ħjata u irrakmar u ħiliet minn diversi snajja oħra.

  • DATI: 02/07/2019 - 12/09/2019

  • ĦINIJIET: 8:30AM - 1PM, it-Tlieta u l-Ħamis

  • POST: Studio Solipsis, 73, triq il-kbira, ir-Rabat.

  • LINGWA: Malti

  • PREZZ: €350 (VAT ink.)*

*Jekk tirreġistra iktar minn tifel jew tifla waħda tibbenefika minn skont ta' 10% fuq kull tifel/tifla.

Il-Klabb se jkun qed isir darbtejn fil-ġimgħa, it-Tlieta u l-Ħamis fi Studio Solipsis, ir-Rabat Malta. L-ewwel sessjoni se tkun it-Tlieta 2 ta' Lulju. L-aħħar sessjoni se ssir fit-12 ta' Settembru. Se jkun hemm waqfa ta' ġimgħa għal Santa Marija, jiġifieri fil-ġimgħa li tibda t-Tnejn 12/08/2019. Din is-sena, apparti li żidna n-numru ta' sessjonijiet, iddeċidejna li s-sessjonijiet jibdew iktar kmieni u jispiċċaw ftit iktar tard. Barra minn hekk, iddeċidejna li s-sessjonijiet jitmexxew esklussivament bil-lingwa Maltija. Nemmnu li l-lingwa mitkellma b'idjoma tajba ssaħħaħ il-ħiliet kritiċi tat-tfal u li aktar ma jmur iktar qed jonqsu l-ambjenti u l-opportunitajiet fejn it-tfal jistgħu jisimgħu u jitkellmu Malti tajjeb. Din is-sena qed nerġgħu noffru skontijiet għal min jirreġistra iktar minn tifel jew tifla waħda (mhux neċessarjament aħwa). Għal iktar dettalji ibgħat email fuq hello@studiosolipsis.com jew cempel fuq 99236238‬.

Quantity:
Add To Cart